L-awtur tal-gowl rebbieħ kontra Torino, Alex Sandro esprima s-sodisfazzjon tiegħu li kien protagonist biex jagħti tliet punti importantissmi lil Juventus.
Alex Sandro tkellem ukoll rigward il-pożizzjoni li lagħab fiha llum fejn fi kliemu ammetta li jilgħab fil-pożizzjoni li jkollu bżonnu t-tim.
“Ninsab ferħan ħafna. Jien nilgħab fil-pożizzjoni li jkun hemm bżonn li nilgħab u fejn ikun jixtieqni l-kowċ anke jekk hemm bżonn nilgħab bħala attakkant prinċipali. L-iskwadra hija magħquda ħafna u l-mentalità rebbieħa li għandna tagħmilna b’saħħitna aktar minn ħaddiehor.”
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com