Minn hawn u ftit ħin ieħor mistennija tibda laqgħa tal-Lega li matulha għandha tittieħed deċiżjoni dwar id-dati li fihom se tiġi rkuprata l-logħba mill-kampjonat posposta lbieraħ wara l-mewt ta’ Davide Astori.

Kuntrarju għal dak rappurtat f’xi siti lbieraħ, l-iktar dati probabbli huma t-13 u l-14 ta’ Marzu, meta Juventus diġà huma skedati li jilagħbu kontra Atalanta. Dan ifisser li trid tinstab ġurnata oħra għal-logħba bejn Atalanta u Sampdoria.

F’dawn id-dati, mhux se jkun possibbli lanqas li jintlagħab id-derby ta’ Milan, minħabba l-logħba tal-Europa League, bejn Milan u Arsenal. B’hekk hu maħsub li d-derby jintlagħab f’Mejju.

Dan jista’ jfisser li jkun hemm bżonn tinbidel ukoll d-data tal-finali tal-Coppa Italia.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280