Luttu fl-Italja wara l-mewt ta’ plejer tal-futbol ieħor, li din id-darba tilef ħajtu wara marda li ħakmitu.
Dan hu Marco Longo, eks plejer ta’ Poggio u Caiano, kif ukoll Vaianese u Aglianese. Longo dejjem lagħab għad-dilettanti sakemm sena u nofs ilu kellu jirtira minħabba li ħakmitu marda gravi.
Il-funeral ta’ Longo, attakkant li kellu 33 sena, se jsir illum bil-familja tapprova li l-kornea ta’ għajnejn l-għażiż tagħhom jingħataw b’donazzjoni biex ikun megħjun ħaddieħor fil-bżonn.
Sors: Notizie di Prato
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






