Massimiliano Allegri, l-assistent tiegħu Marco Landucci u l-plejers Giorgio Chiellini, Gianluigi Buffon, Stefano Sturaro, Miralem Pjanić, Claudio Marchisio, Mattia De Sciglio kif ukoll Daniele Rugani ftit li xejn kellhom ċans igawdu r-rebħa tal-bieraħ fuq Tottenham.
Dan hekk kif l-uffiċjali tal-klabb u l-plejers qamu kmieni u qabdu titjira privata minn Londra lejn l-Italja biex setgħu jattendu u jassistu għall-funeral ta’ Davide Astori.
Il-ġest tagħhom kien ferm apprezzat mir-rivali storiċi ta’ Firenze, bil-pjazza mimlija partitarji li nfexxet f’applaws twil mal-wasla tagħhom, b’mod speċjali fil-konfront tal-goalkeeper Ganluigi Buffon.
Sors: Mediaset Premium
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com