Jidher li Bernardeschi qed jirkupra tajjeb minn injury li ilha għall-aħħar jiem iżżommu nieqes mit-taħriġ.

Din hi aħbar tajba għaliex jekk ma jirkuprax, il-plejer ikollu jiġi operat. Matul din il-ġimgħa fil-fatt mistennija tittieħed deċiżjoni dwar dan.

Sadattant Juan Cuadrado ħa sehem f’logħba ta’ ħbiberija kontra Biellese matul din il-ġimgħa, u fil-jiem li ġejjin mistenni jirritorna għat-taħriġ b’mod regolari.

Minkejja dan, Cuadrado, li ġie operat kawża ta’ ftuq, fadallu sa nofs dan ix-xahar jew il-bidu t’April biex ikun għad-dispożizzjoni. Dan filwaqt li Mario Mandžukić hu disponibbli għal-logħba ta’ llum wara li segwa programm ta’ terapija fl-aħħar jiem.

Fil-logħba kontra Tottenham sadattant kellu jinbidel Medhi Benatia minħabba li qala’ daqqa, għalkemm jidher li qed jitħarreġ b’mod regolari.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280