Hekk kif Juventus għaddejjin bi preparazzjoni għal-logħba kontra Milan, fil-klinika medika għaddejja ħidma importanti biex il-plejers nieqsa mill-azzjoni jirritornaw mil-iktar fis possibbli.
L-iktar li għandu ċans jirritorna malajr hu Giorgio Chiellini, li jaf ikun disponibbli anke għal kontra Milan, għalkemm aktarx ma jittiħdux riskji.
Sadattant hemm tama li Alex Sandro, li kellu jħalli l-grupp tan-nazzjonal minħabba injury, ikun disponibbli għal-logħba miċ-Champions League kontra Real Madrid.
Fil-każ ta’ Federico Bernardeschi, mistennija tittieħed deċiżjoni fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla dwar jekk hux se jkollu bżonn operazzjoni jew inkella kinitx biżżejjed it-terapija konservattiva.
Juan Cuadrado mistenni jirritorna fil-grupp minn hawn u għoxrin ġurnata oħra.
Sors: TuttoJuve
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com