Xeni impressjonanti mill-Kroazja hekk kif waqt logħba oħra, dan l-isport tilef żagħżugħ ieħor.

Dan hekk kif fil-logħba bejn Marsonia u Pozega Slavonja, tilef ħajtu l-attakkant ta’ 25 sena Bruno Boban.

Fil-filmati, Boban jidher iżomm rasu wara daqqa ta’ ballun f’sidru, qabel iċedi u jintelaq mal-art. Ir-referee immedjatament sejjaħ għall-assistenza medika bit-tobba jagħmlu fuqu massaġġi tal-qalb qabel il-wasla tal-ambulanza.

Jingħad li l-attentati li jsalvaw lil Boban damu 45 minuta iżda kien kollu għalxejn.

Sors: Fox Sports

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280