L-eks difensur ta’ Liverpool, Martin Škrtel, irriskja bis-serjetà li jitlef ħajtu u jsir it-tieni vittma tal-logħba tal-futbol fi ftit jiem.
Dan hekk kif, fir-rebħa ta’ 3-2 tas-Slovakkja fuq it-Tajlandja, intlaqat b’daqqa ta’ ballun f’wiċċu, intilef minn sensih u stabat mal-art. Kien hawn li sħabu rrealizzaw li kien qed jibla’ lsienu, bil-konsegwenza li seta’ jifga.
Fortunatament l-intervent immedjat tal-plejer Ondrej Duda salva lis-Slovakk, li wara li sarulu xi testijiet instab li ma kellux riperkussjonijiet mediċi.
Sors: Daily Mail
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com