L-aġent ta’ Mattia De Sciglio, Donato Orgnoni, iddikjara li hu Massiliano Allegri s-sigriet tal-qawmien mill-ġdid tal-plejer li jirrappreżenta. Saħansitra wiegħed li l-plejer għadu laħaq biss is-60% tal-potenzjal tiegħu.
“L-istima sinċiera ta’ Allegri lejn De Sciglio hi s-sigriet. Stima li tiġi tradotta f’fiduċja. Mattia hu persuna sensittiv li għandu bżonn is-serenità li fl-aħħar sentejn ma’ Milan kien nieqes minnha,” iddikjara Orgnoni.
Kompla li Mattia spiss jiddikjara li l-mentalità rebbieħa ta’ Juventus l-ewwel laqtitu, imbagħad ħakmitu.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com