Ikompli l-mument ikrah fix-xena tal-futbol hekk kif fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ żagħżugħ ta’ 18-il sena fi Franza.
Id-difensur Samba Diop kien jilgħab għal le Havre, minbarra li kien ukoll plejer ta’ Franza fil-kategoriji tal-youths. Il-mewt tiegħu seħħet f’daqqa u ħasdet lil ħafna, bil-logħba mil-Ligue 2 tal-klabb tiegħu ġiet posposta lbieraħ.
Diop instab mitluf minn sensieh f’daru u s’issa ma ħarġet l-ebda aħbar uffiċjali dwar il-kawża tal-mewt.
Sors: Goal
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com