Il-LEGA Serie A kkomunikat il-ħin tal-aħħar logħba ta’ Juventus, kontra Hellas Verona, li tfisser ukoll l-għoti tat-tazza tas-Serie A lil Juventus u eventwalment tkompli biċ-ċelebrazzjonijiet.
Il-logħba se ssir nhar il-Ħadd 20 ta’ Mejju fis-18:00 madankollu din id-data u ħin mhux neċessarjament jinżammu.
Dan hekk kif fl-eventwalità li Juventus jirbħu l-kampjonat kontra Roma (rebħa jew draw ta’ Juventus u/jew telfa jew draw ta’ Napoli), il-logħba titmexxa għal lejliet, jiġifieri nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju, fit-15:00.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






