Ħames persuni weġġgħu, tnejn minnhom b’mod gravi, kawża ta’ inċident li seħħ waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tas-36 kampjonat mirbuħ minn Juventus.
Jirriżulta li grupp ta’ partitarji organizzaw trakk bis-saqaf miftuħ biex jiċċelebraw, meta waqt iċ-ċelebrazzjonijiet laqtu l-linji tal-elettriku tat-tram.
Fortunatament miżuri ta’ sigurtà li ttieħdu ftit qabel spiċċat il-logħba kontra Verona, fejn il-linji ta’ elettriku ġew diżattivati propju biex jiġu evitati inċidenti simili.
Fil-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku diversi uffiċjali tal-Pulizija.
Sors: Calcio d’Angolo
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com