Fortunatament ma kien hemm l-ebda Maltin involuti f’inċident li kien jinvolvi trailer taċ-ċelebrazzjoni organizzat mill-grupp ta’ ultras Juventini, Tradizione.

Jirriżulta li grupp ta’ partitarji organizzaw trakk bis-saqaf miftuħ biex jiċċelebraw, meta waqt iċ-ċelebrazzjonijiet laqtu l-linji tal-elettriku tat-tram. Fortunatament l-elettriku kien mitfi.

Madankollu, żewġ persuni sofrew ġrieħi gravi. Dawn huma raġel ta’ 38 sena minn Turin u Irlandiż ta’ 63 sena li fortunatament ma jinsabux fil-periklu tal-mewt.

Il Post

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280