Il-Guardia di Finanza fl-Italja wettqet sekwestru ta’ 80,000 oġġett falz jew li kienu għall-bejgħ mingħajr il-permess ta’ Juventus.
Is-sekwestru, għal valur ta’ €770,000, sar minn żewġ ħwienet f’Turin u wassal biex is-sidien issa jaffaċċjaw akkużi ta’ produzzjoni ta’ materjal falz, frodi u serq kummerċjali.
Fost l-oġġetti għall-bejgħ mingħajr permess minn Juventus kien hemm flokkijiet, kalamiti, kuxxini kif ukoll diversi affarijiet relatati mar-rebħ tal-kampjonat.
Fl-aħħar snin Juventus bdew jinfurzaw ferm iktar il-bejgħ ta’ oġġetti bl-użu tal-isem, arma jew diżinn relatat mas-soċjetà maħruġa għall-bejgħ mingħajr permess.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






