Milan u Juventus qablu li l-edizzjoni li jmiss tas-Supercoppa Italiana ssir fl-Arabja Sawdija.
Id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif iż-żewġ klabbs, kif ukoll il-Lega Serie A, mistennija jieħdu somma flus konsiderevoli talli ntgħażel dan il-pajjiż.
Fil-fatt jingħad li Juventus u Milan se jirċievu €3.15 miljun kull wieħed (jew 45%) minn total ta’ €7 miljun. L-10% l-oħra, jiġifieri €700,000 se jmorru għand il-Lega.
Inbidlet ukoll id-data. Il-finali kellha ssir fit-12 t’Awwissu, iżda issa din mistennija ssir f’Jannar tas-sena d-dieħla.
Sors: Sportmediaset
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com