Jidher li fl-aħħar se tintemm b’wiċċ il-ġid l-istorja tat-trasferiment ta’ Emre Can lejn Turin.

Dan hekk kif l-aħħar rapporti jindikaw li l-midfielder ta’ Liverpool, li jinsab fi tmiem il-kuntratt tiegħu, mistenni jasal Turin nhar il-Ġimgħa, fi tmiem il-vaganzi tiegħu.

Fl-aħħar sigħat hu kien milqugħ minn Blaise Matuidi, li f’intervista ddikjara hekk: “Nilqgħuh b’idejna miftuħa. Joffri kwalità u esperjenza. Mhux ta’ b’xejn li hu plejer tan-nazzjonal. Ninsab ċert li se jkun tajjeb ħafna.”

Sors: Mediaset/La Gazzetta dello Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280