Fuq is-sit uffiċjali tal-klabb, Juventus ħabbru li fil-25 tax-xahar se jiżvelaw xi ħaġa ġdida u interessanti.
Bi flokk simili għal tal-basketball, imdendel ma’ ring tal-basketball, l-ispekulazzjoni qed tikber li Juventus se jidħlu fix-xena ta’ dan l-isport ukoll. B’hekk mhux biss ikomplu jespandu l-brand tal-klabb imma wkoll isegwu lil diversi klabbs oħra tal-futbol.
Jidher li l-ħidma għal dan il-pass ilha għaddejja, tant li sena ilu, b’kumbinazzjoni jew le, diversi plejers tal-iskwadra ewlenija kienu pparteċipaw f’filmat maħruġ minn Juventus waqt li jilagħbu l-basketball.
Il-filmat (ara taħt), li nġibed f’Babson College ta’ Boston, kellu t-titlu: Welcome to Juventus Basketball Club!”
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com