Hekk kif ninsabu biss ftit ħin bogħod mill-poloz tas-Serie A għall-istaġun li jmiss, dawn huma r-regoli li jridu japplikaw:
– Fiż-żewġ ġranet li se jintlagħbu f’nofs il-ġimgħa, mhux possibbli jkun hemm konfronti bejn Inter, Juventus, Lazio, Milan, Napoli u Roma.
– Mhux permess lanqas li fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa u fl-ewwel u l-aħħar ġranet tal-kampjonat jintlagħbu derbies.
– Tneħħa l-obbligu li jkun hemm alternanza bejn il-logħob home u away bejn klabbs mill-istess belt fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat.
– Ma jistax ikun hemm iktar minn żewġ pari ta’ logħob konsekuttivi home u away.
– Fil-bidu tal-kampjonat mhux permess li jkunu ripetuti l-istess logħob li bihom infetħu l-aħħar żewġ kampjonati. Dan ifisser li mhux permess li Juventus jibdew kontra Fiorentina u Cagliari.
– Minn din is-sena se jkun hemm żewġ logħbiet li jintlagħbu s-Sibt (18:00 u 20:30), logħba l-Ħadd fis-18:00, sitta fit-20:30 u logħba nhar it-Tnejn filgħaxija, fit-20:30.
– Minn din is-sena m’hemmx restrizzjoni għal skwadri li qed jipparteċipaw fil-fażi preliminarja tal-Europa League hekk kif hemm biss Atalanta.
– Mhux permess li skwadri li qed jipparteċipaw fiċ-Champions League (Inter, Juventus, Napoli u Roma) jiltaqgħu kontra dawk fl-Ewropa League (Atalanta, Lazio u Milan) fil-ħames, tmien, sittax u sbatax-il ġurnata. Dan għaliex dawn huma ġranet li jinsabu bejn rawnd tal-Ewropa League u rawnd suċċessiv taċ-Champions League.
– Hemm alternanza bejn logħob home u away għas-soċjetajiet ta’ Empoli u Fiorentina, il-klabbs ta’ Genova, dawk ta’ Milan, ta’ Turin u r-Rumani.
– Min fi tmiem l-istaġun temm b’logħba away, din is-sena se jagħlaq f’daru.
– Fl-aħħar erba’ logħbiet se jkun hemm alternanza bejn logħob home u away għal kull skwadra.
Il-kampjonat jibda fit-18 t’Awwissu u jintemm fil-25 ta’ Mejju.
Sors: Tuttosport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com