Juventus se jibdew l-istaġun 2018/18 b’logħba kontra Chievo Verona barra minn darom.
Isegwu, f’din l-ordni l-logħob kontra Lazio (H), Parma (A), Sassuolo (H), Frosinone (A), Bologna (H), Napoli (H), Udinese (A), Genoa (H), Empoli (A), Cagliari (H), Milan (A), SPAL (H), Fiorentina (A), Inter (H), Torino (A), Roma (H), Atalanta (A) u Sampdoria (H).
Il-kampjonat jibda fit-18 t’Awwissu u jintemm fil-25 ta’ Mejju.
Bħal dejjem, kull persuna li tixtieq takkwista biljett trid tkun membru tal-klabb waqt li kien hemm bidla fis-sens li kull informazzjoni dwar biljetti u tours trid tintalab permezz ta’ email fuq tickets@juventusmalta.com.
Dan ifisser li mhux se jiġu aċċettati telefonati dwar biljetti jew tours, biex b’hekk is-sistema tkun iktar ġusta, ċara u trasparenti.
*H tirreferi għal logħba fl-Allianz Stadium, waqt li A hi logħba away.
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com