Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara li tħabbar li l-kuntratt tiegħu ġie xolt, Claudio Marchisio ta indikazzjoni li ma kienx hu li ried iħalli lil Juventus.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali hu kiteb hekk: “Inħobb il-flok ta’ Juventus sal-punt li konvint li l-ġid tal-iskwadra jiġi qabel kollox. Dejjem. F’jum diffiċli bħal dan, niggranfa b’mod b’saħħtu ma’ dan il-prinċipju.”

Wiegħed lill-partitarji, li rrefera għalihom bħala “l-isbaħ parti ta’ din l-istorja meraviljuża,” li “fil-jiem li ġejjin insellmu lil xulxin b’mod speċjali.”

Sors: Facebook

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280