Juventus qed jaħdmu fuq proġett eċċitanti bil-bini tat-tieni grawnd, biswit l-Allianz Stadium li jkun jista’ jilqa’ fi ħdanu l-logħob tal-youths, U23 u l-iskwadra tan-nisa.
Il-grawnd għandu jkollu kapaċità ta’ bejn 5,000 u 6,000 persuna, u aktarx jinbena fiż-żona magħrufa bħala Palastampa jew Palatorino, li hu palazz żgħir li ilu għall-aħħar snin abbandunat. Madankollu, din iż-żona hi tal-Komun, u allura jrid jintlaħaq ftehim biex iż-żona tgħaddi għand il-klabb.
Bil-bini ta’ dan l-istadium ġdid se jiġu solvuti diversi problemi, fost oħrajn għaliex attwalment Juventus qed jużaw il-grawnd ta’ Alessandria, il-Moccagatt, għal-logħob tal-U23 waqt li n-nisa qed jilgħabu f’Novara.
Sors: Tuttosport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com