Ikomplu bla waqfien l-aħbarijiet ħżiena għal Juventus hekk kif għada tintlagħab il-logħba ta’ ritorn miċ-Champions League kontra Bayern München.
Wara l-aħbar li l-midfielder Claudio Marchisio għandu 20 ġurnata nieqes mil-logħob, in-nuqqas ta’ Giorgio Chiellini u x’aktarx anke tal-attakkant Mario Mandžukić, issa sar magħruf li lanqas l-Arġentin Paulo Dybala ma jinsab tajjeb u mhux se jħalli Turin lejn il-Ġermanja.
Sors: Juventus.com
Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.
Mela morata u zaza gejja
[…] Għadni kemm sirt naf li Marchisio, Dybala u Chiellini żgur għal barra u probabbilment Mandžukić… Nibda biex ngħid li mhux impossibbli li ngħaddu. Il-Mainz, tim li l-ewwel ħdax tiegħu huma agħar mir-riservi tal-Juventus, rebaħ ġewwa darhom. Barra minn hekk, mirakli sportivi rajt, bħal Manchester United fl-1999, jew kontra l-Barcelona meta skurja Zalayeta. Jew kontra Real Madrid taħt Ranieri meta kien hemm plejers bħal Grygera jilagħbu. Fino alla fine, mhux hekk? […]