Wara tliet snin fejn Juventus irreġistraw bilanċ pożittiv, hu maħsub li din is-sena dan se jirritorna lejn iż-żona ħamra.
Hu kkalkulat li Juventus se jirreġistraw telf ta’ €18.9 miljun matul is-sena finanzjarja li ma tinkludix l-ispiża tax-xiri ta’ Cristiano Ronaldo.
Din iċ-ċifra għad mhix definittiva iżda pjuttost indikattiva għar-riżultati finanzjarji li mistennija jitħabbru. Jingħad ukoll li bejn il-bidu ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju 2018, Juventus irreġistraw telf ta’ €62.2 miljun, ikkumparat mas-€26.6 miljun telf tal-istess perjodu fl-2017.
Iċ-CDA li jmiss, fejn jitħabbru uffiċjalment iċ-ċifri finanzjarji u jintalab li jiġu approvati, hu skedat għat-13 ta’ Settembru.
Sors: Il Sole 24 Ore
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com