Il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli ta l-ewwel reazzjoni uffiċjali wara li d-Direttur Ġenerali Beppe Marotta ħabbar li mhux se jibqa’ ma’ Juventus.

Fil-kummenti tiegħu, Andrea Agnelli żvela li Fabio Paratici se jiġi promoss għal Direttur responsabbli mill-qasam sportiv tal-klabb. Dan waqt li Giorgio Ricci se jkun inkarigat mid-dħul tal-klabb u Marco Re mis-servizzi offruti.

Agnelli kkonferma wkoll it-tluq ta’ Aldo Mazzia, li kien Kap Eżekuttiv u Finanzjarju tal-klabb. “Il-klabb issa jrid iħares lejn persuni iktar żgħażagħ, ta’ massimu 45 sena li huma lesti jidħlu għal din ir-responsabbiltà,” qal Agnelli, li rringrazzja liż-żewġ uffiċjali li “għenu biex plejers u diriġenti tagħna jimmaturaw.”

Fil-25 ta’ dan ix-xahar se ssir l-Assemblea tal-klabb, fejn qed ikunu proposti diversi ismijiet fit-tmexxija.

Sors: Calciomercato

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280