Tkompli l-kompetizzjoni, deskritta aħjar bħala gwerra, bejn gruppi differenti tal-ultras li qed jippruvaw jakkwistaw il-kontroll tal-Curva Sud.

Il Corriere di Torino dalgħodu fetħet bl-ewwel paġna tagħha b’rapport dwar tensjoni qawwija bejn grupp ġdid ta’ ultras bl-isem ta’ True Boys li qed jipprova jkisser lill-grupp Tradizione.

Jingħad li dwar dak li għaddej fil-Curva qed issir investigazzjoni mill-Pulizija, fost biża’ ta’ vjolenza tant li jidher li ġew interċettati diskorsi minn membri tat-True Boys bħal “ikun soddisfaċenti jekk jakkużawna bi straġi” u riferenzi ripetuti għal splużjonijiet minn bombe carte waqt id-derbies.

Fil-logħba kontra Napoli l-qiegħa kompliet tisħon meta, waqt strajk tal-Curva, membri tat-True Boys qabdu jkantaw u ġew xkupati ‘l barra mill-grawnd mill-avversarji tagħhom.

L-investigazzjonijiet tad-Digos sabu li l-grupp hu ffurmat prinċiparjament minn numru ta’ Naplitani li emigraw lejn Stuttgart, fil-Ġermanja. Tant hu hekk li nqala’ l-paroli wkoll waqt kori kontra n-Naplitani u favur l-iżbroff tal-Vessuvju. Meta dawn l-ultras ġodda talbu li l-kori jieqfu, din xejn ma niżlet tajjeb, tant li r-risposta kienet: “Neppure per sogno: lavali col fuoco.”

Il-kwistjoni kompliet fuq il-midja soċjali, tant li ħarġet stqarrija mir-rivali li wissewhom: “Ma nirrikonoxxux lit-True Boys u wisq inqas joħolmu li se jtellgħu magħhom strixxun. Se nkomplu nkantaw bi kburija u noffendu lil Napoli. Jekk xi ħadd ma jogħġbux, iħalli l-grawnd.”

Fost oħrajn il-Ħamis li għadda kienu mistiedna barra l-lukanda Nh, fiż-żona ta’ Porte Palatine ta’ Turin, f’laqgħa mar-rivali Tradizione biex jiċċaraw il-pożizzjoni tagħhom.

Iżda jidher li t-True Boys, li qed jippruvaw jinfiltraw il-Primo Anello tal-istadium, baqgħu ma tfaċċawx bil-konsegwenza li komplew jirrabjaw lit-Tradizione li ma jriduhomx magħhom.

Għal dan irrispondew it-True Boys: “It-theddid mhux se jbeżżagħna. Iridu joqtluna biex ma nidħlux fil-grawnd,” f’messaġġ interpretat bħala sitwazzjoni li waslet biex tisplodi, tant li d-Digos jinsabu fuq allert.

Sors: Il Corriere di Torino

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280