Ikomplu joħorġu iktar stejjer dwar l-allegazzjonijiet ta’ Kathryn Mayorga fil-konfront ta’ Cristiano Ronaldo, li qed takkużah li stupraha.

Fl-Italja, Sportmediaset tkellmu mal-avukat Davide Steccanella, li ddikjara li aktarx lanqas ikun hemm bżonn li jseħħ proċess legali għaliex il-partijiet konċernati jaslu fi ftehim.

“Irridu niftakru li s-sistema legali fl-Istati Uniti hi differenti minn tagħna, fejn każi ta’ stupru jġibu magħhom piena ferm ogħla, tant li wieħed jista’ jeħel sa 20 sena ħabs. Dan għaliex fl-Istati Uniti tiddeċiedi ġurija popolari li lanqas għandha bżonn toffri motivazzjoni għad-deċiżjoni,” iddikjara Steccanella.

Kompla li jekk iseħħ il-proċess, “Ronaldo jkollu jkun preżenti fl-awla, fl-Istati Uniti. Madankollu, mill-esperjenza tiegħi, nemmen li l-proċess mhux se jseħħ, anke għaliex hu diffiċli ferm li jeżisti biżżejjed materjal biex ikun jista’ jibda. Nemmen li hu iktar possibbli li jintlaħaq ftehim biex jingħalaq il-każ.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280