Fil-preżent qed jintlaqgħu proposti għal titjib fl-aċċess bit-tren madwar Turin, b’mod partikolari ’l hekk imsejħa Linea 2.
Fost il-proposti, hemm dik li waħda mill-waqfiet tkun propju fil-madwar tal-Allianz Stadium ta’ Juventus. Din ma jidhirx li hi proposta impossibbli, anke għaliex hu possibbli li jintużaw ferroviji u mini li diġà jeżistu.
Jidher li l-proposta qanqlet diversi reazzjonijiet pożittivi hekk kif din mistennija tkun rotta li tintuża mill-partitarji imma wkoll minn impjegati ta’ azjendi fil-madwar.
Sors: Mole 24
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com