Massimiliano Allegri jinsab biss ftit jiem bogħod milli jkollu l-iskwadra kollha kompleta, mingħajr plejers imweġġgħa.

Dan hekk kif Mattia De Sciglio rkupra għalkollox u mhux eskluż li jilgħab fil-logħba kontra Genoa. Irkupra wkoll Douglas Costa, li ilu nieqes kważi xahrejn, iżda li kontra Genoa kapaċi jidħol bħala sostitut għax għadu ma jiflaħx logħba sħiħa.

Wara injury twila, irritorna wkoll Leonardo Spinazzola, li f’logħba ta’ ħbiberija nhar l-Erbgħa lagħab 50 minuta mingħajr problemi. Hu wkoll fadallu x’jaħdem biex ikun jiflaħ logħba sħiħa, imma għaddielu.

B’hekk l-uniku wieħed li għadu ma rkuprax hu Sami Khedira. Madankollu, ir-ritorn tiegħu hu imminenti hekk kif Allegri ħabbar li jittama li jkun disponbbli għal kontra Empoli inkella kontra Manchester United, fir-ritorn.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280