L-investigazzjoni tant mistennija tal-programm Report, imxandar ilbieraħ fuq Rai 3, spiċċat f’disfatta għal ħafna ‘anti’.
Dan hekk kif matul il-programm irriżulta li dak kollu riklamat fl-aħħar jiem kien biss mezz kif Report jużaw isem Juventus biex jattiraw l-ikbar udjenza li qatt kellu l-programm.
It-telefonati esklussivi li tant issemmew fl-aħħar jiem, kienu biss telefonati li ħarġu matul l-investigazzjoni tal-Pulizija, Alto Piemonte, li ħelset lid-diriġenti kollha ta’ Juventus minn akkużi li ffavorixxew lill-mafja. Kien biss Agnelli li nstab ħati – instab ħati biss li ppermetta li l-ultras jingħataw il-biljetti biex jagħmlu l-flus minnhom, mingħajr ma kien jaf li l-curva kienet infiltrata mill-mafja.
Fil-programm joħroġ biċ-ċar kif Juventus kienu jagħtu l-biljetti lill-ultras għaliex jekk le, dawn kienu jagħmlu strikes jew inkella jitfgħu bombi karta fil-grawnd u joffendu lill-avversarji bl-iskop li Juventus jaqilgħu multi ikbar mit-telf li kieku kienu jagħmlu li kieku għaddew il-biljetti lill-ultras.
Iżda dan kollu diġà ħareġ fl-investigazzjoni tal-Pulizija, li Report jibbaża fuqha. Mill-programm joħroġ fil-pubbliku li Bucci, l-ultra li wettaq suwiċidju, kien jiġi interċettat mill-Pulizija u saħansitra sar kollaboratur tagħhom. Jingħad li wettaq suwiċidju ftit sigħat wara li ssejjaħ biex jixhed fl-investigazzjoni u kien imwerwer li dan se jwassal biex jinqatel ibnu mill-kriminali. Kien għalhekk li ddeċieda li minflok imut hu.
Il-bużżieqa tal-anti nfaqgħet b’mod speċjali fi tmiem il-programm, meta l-preżentatur għalaq is-servizz billi qal li l-mafja hi l-problema tal-ultras kollha tal-Italja u li Juventus kienu b’saħħithom biżżejjed biex ma jippermettux li tieħu l-kontroll sħiħ.
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






