Wara li kiseb sensiela bla għadd ta’ rekords għal Juventus, kien imiss li l-kowċ Massimiliano Allegri jimmarka rekord personali.

Dan hekk kif il-kowċ Taljan sar l-ewwel fl-istorja tal-futbol Taljan li ntgħażel bħala l-aqwa kowċ tas-Serie A għar-raba’ darba u għat-tielet sena infila. Ħadd qablu ma rnexxielu jagħmel dan.

Fit-tieni post ikklassifikaw Maurizio Sarri u Simone Inzaghi, bl-istess ammont ta’ punti. Dan filwaqt li Giampiero Piovani, ta’ Brescia, intgħażel bħala l-aqwa kowċ tal-futbol tan-nisa.

B’hekk Allegri tela’ fil-quċċata tal-ammont ta’ rebħ tal-Panchina d’Oro, u jaqbeż lil Fabio Capello u lil Antonio Conte, li rebħu l-unur tliet darbiet.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280