Ftit tal-ġimgħat ilu l-UEFA kkonfermat li l-VAR se tintuża fiċ-Champions League mill-istaġun li ġej però hemm ċans tajjeb li tibda tintuża mit-tieni fażi tal-istess kompetizzjoni ta’ dan l-istaġun.
Fi Brussell, il-President Aleksander Čeferin sostna li kien hemm qbil biex il-VAR tiġi introdotta mill-istaġun li ġej iżda l-UEFA se tevalwa l-possibbiltà li tiġi introdotta minn Frar li ġej.
Sors: Sports Mediaset





