Juventus żvelaw l-EA Sports Jersey, li fih jispikkaw il-kuluri differenti u pjuttost partikolari. Il-flokk, prodott f’edizzjoni limitata ta’ 1,000 biss, jinbiegħ għall-prezz bażiku ta’ €89.95.

Il-klabb ħabbar li dan il-flokk qed isir flimkien ma’ EA Sports u nħoloq bħala uniformi unika għall-plejers ta’ FIFA 19. Fil-fatt dan il-flokk jista’ jintlibes ukoll fil-FIFA Ultimate Team (FUT).

Din hi wkoll parti minn inizjattiva li involviet ukoll lil Real Madrid, lil FC Bayern München u lil Manchester United.

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280