Il-winger ta’ Juventus Juan Cuadrado pprova jfittex il-kampjonat mitluf ta’ Napoli bħala l-ewwel ħaġa li għamel mal-wasla ta’ Juventus f’lukanda f’Firenze.

Dan f’botta lejn Maurizio Sarri, eks kowċ ta’ Napoli, li f’Mejju tas-sena li għaddiet kien iddikjara: “Il-kampjonat tlifnieh fil-lukanda. Messna morna norqdu iktar kmieni. Tlifnieh f’lukanda u mhux fil-grawnd.”

Minkejja li dar xi kmamar, u saħansitra ħadha ma’ wieħed mid-diriġenti ta’ Juventus li qallu li kellu jsib l-iscudetto mitluf fil-lukanda, Cuadrado baqa’ ma sab xejn.

Sors: Facebook

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280