Il-partitarji ta’ Juventus illejla mistennija jtellgħu korjografija speċjali biex ifakkru lil Antonio Megalizzi, il-ġurnalist Taljan li kien wieħed mill-vittmi ta’ attakk terroristiku fi Strasburgu iktar kmieni din il-ġimgħa.
Dan wara li sar magħruf li Megalizzi kien Juventin kbir, li kien isegwi lill-iskwadra b’passjoni.
Il-ġurnalist inzerta fil-post fejn seħħ l-attakk fil-villaġġ tal-Milied. Sfortunatament hu ntlaqat f’punt kritika qrib is-sinsla ta’ dahru bil-konsegwenza li ma setax jiġi operat.
Hu nżamm f’koma għall-aħħar jiem sakemm ilbieraħ intfewlu l-magni li kienu qed iżommuh ħaj.
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






