Il-ftehim ġdid milħuq bejn Juventus u Adidas, li fi tmien snin se jkun wassal għal dħul bażiku ta’ €408 miljun, ipoġġi lil Juventus fit-tmien post tal-klassifika Ewropea.

Il-ftehim huwa d-doppju ta’ dak attwali (minn €23.25 miljun għal €51 miljun fis-sena), biċ-ċifra li ma tinkludix bonuses oħra bħal pereżempju dak relatat ma’ miri ta’ bejgħ u rebħ ta’ trofej.

Madankollu, Juventus għadhom bogħod minn Real Madrid (€110 kull staġun, sal-2030, mingħand Adidas), Barcelona (€105 miljun kull sena, sal-2026, mingħand Nike) u Manchester United (€85 miljun kull staġun mingħand Adidas, sal-2024).

Hemm ukoll Bayern München (€60 miljun kull staġun minn Adidas), Chelsea (€60 miljun mingħand Nike sal-2031) u Manchester City (li mill-2019 se jirċievu €55 miljun kull staġun mingħand Nike). Dan apparti Arsenal, li mill-istaġun li ġej se jgħaddu minn Puma għal għand Adidas biex jirdopppjaw id-dħul minn €33 miljun għal €66 miljun sal-2024.

Sors: Sportmediaset

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280