Iktar ħjiel li bejn Juventus u Beppe Marotta ġara xi ħaġa u li l-firma tiegħu mar-rivali Inter xejn ma niżlet tajjeb.
Wara li Pavel Nedvěd ittimbra lil Marotta bħala “professjonist li probabbli qatt ma kien Juventin, issa kien imiss lill-President Andrea Agnelli li jitfa’ botta lill-eks Direttur Ġenerali tal-klabb.
“Fi żmien fejn kollox kien sejjer tajjeb, kellna l-kuraġġ li nbiddlu l-management tal-kumpanija. Dejjem kont ispirat li nbiddel qabel inkun sfurzat, biex nilqa’ l-isfidi tal-futur. Issa għandna management totalment rinnovat, frisk u żgħir fl-età, anke jekk mingħajr wisq esperjenza,” iddikjara Agnelli.
Id-dikjarazzjoni ta’ Agnelli qed titqies bħala riferenza indiretta imma ovvja lejn Marotta waqt il-festin tal-Milied ta’ Juventus.
Sors: Calciomercato
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com