Federico Cherubini, meqjus bħala wieħed mill-iktar diriġenti intelliġenti u prezzjużi għal Fabio Paratici, ġie promoss bħala l-viċi tiegħu. S’issa Cherubini kien jieħu ħsieb l-immaniġġjar tal-plejers mislufa u dawk li jiffurmaw l-U23.

Minfloku, dan ir-rwol aktarx se jokkupah Filippo Fusco, eks Direttur Sportiv ta’ Hellas Verona, li magħhom kiseb promozzjoni fil-kampjonat fl-istaġun 2016/17.

Għalkemm l-akkwist ta’ Fusco mhux uffiċjali, jidher li hu l-favorit nett tad-diriġenza Juventina.

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280