Inkredibbli imma vera. Fl-Italja, Torreglia weħlu multa ta’ €100 u diriġent tagħhom ġie sospiż għal sena wara li nsew lir-referee fil-grawnd. Dan bil-konsegwenza li sakkru kullimkien u tfew id-dawl, bir-referee jkollu jara kif jirranġa biex joħroġ.

Eventwalment Erik Celnikasy spiċċa kellu jixxabbat ma’ grada u jaqbeż ’il barra mill-grawnd biex seta’ jirritorna lura lejn id-dar. Ma jistax jonqos, li niżżel din l-avventura fir-rapport tal-logħba.

Konsegwenza ta’ dan, is-soċjetà ta’ Torreglia weħlet multa. Dan waqt li d-diriġent Lunardi Lino, li kien assenjat mar-referee, weħel multa ta’ sena hekk kif nesa li r-referee kien għadu fuq ġewwa u ma qal lil ħadd meta rahom issakkru kullimkien u jitfu d-dawl.

Ironikament instab li Lino kien riċediv. Tgħid għamel apposta?

Sors: TuttoCampo

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280