Ġest sabiħ immens tas-sapporters Taljani ġewwa Bari fil-partita ta’ ħbiberija bejn l-Italja u Franza mirbuħa bl-iskor ta’ 3-1 għall-Franċiżi.

Banner maħrug b’sapport lil Matteo, iben il-benjamin Juventin u d-difensur Taljan Leonardo Bonucci u l-mara tiegħu Martina Zoev, li iktar kmieni l-ġimgħa l-oħra kellu jiddaħħal l-isptar minħabba xi kundizzjonijiet serji li nqalgħu.

Saħansitra Bonucci kien nieqes mill-partita ta’ ħbiberija f’dawn il-mumenti diffiċli għalih.