Illum jaħbat il-ħames sena mit-twaqqif tal-Juventus Stadium. Ġurnata li bdiet iċ-ċiklu ta’ suċċessi għall-iskwadra Juventina.
F’dan il-grawnd rajna ħafna plejers jilagħbu mat-tim ta’ Juventus, ftit min dawn telqu wara ħafna snin ta’ suċċess mal-klabb li kiser rekord tal-ewwel klabb Taljan bil-grawnd proprjetà tiegħu.
Rajna lil Vidal, Pogba, Pirlo, Tevez, Matri, u ma nistgħux ma ninkludux lil Del Piero, li rebaħ l-aħħar kampjonat tiegħu fil-Juventus Stadium sabiex temm karrierra ta’ suċċess etern mal-Juventus.
Apparti n-numru ta’ plejers li ħallew isimhom fil-Juventus stadium, ta’ min isemmi t-titli li rebħu Juventus minn mindu twaqqaf dan l-Istadium. 5 Kampjonati Taljani, 2 Coppa Italia, 3 Super Cups. Il-proġett preżenti qed juri li dan in-numru kapaċi jiżdied fil-futur qrib.
Sors: Casa ‘Dolce’ Casa