Filwaqt li għalaqna s-sena b’mod morr wara t-telfa kontra Milan fis-Super Cup, xorta għandna nħarsu lura b’mod inkoraġġanti.

Sena li fiha għamilna doppjetta domestika oħra. Sena fejn rajna ’l Buffon jagħmel rekord personali fis-Serie A. Sena fejn rajna lil Juventus jiġbru 100 punt u jibqgħu bla telfa ġewwa darhom.

Sena li għalkemm kellha esperjenzi li ġegħluna nirrabjaw u nistaqsu, xorta kapaċi żżommna entużjasti għal dak li ġej.

Nixtieq nawgura s-Sena t-Tajba lil kulħadd speċjalment lill-qarrejja ta’ dan is-sit. Grazzi!

dical-banner-1200×280