1. Gowls f’dan l-istaġun – Higuaín 15, Icardi 15
Flimkien ma’ Džeko, iż-żewġ Arġentini huma l-iktar plejers li skurjaw f’din l-edizzjoni tas-Serie A s’issa. L-attakkant ta’ Inter beda l-kampjonat b’sitt gowls fl-ewwel ħames logħbiet, mentri Higuaín ġej minn serje ta’ sitt partiti konsekuttivi li fihom skurja tmien gowls.

2. Assists f’dan l-istaġun – Higuaín 2, Icardi 8
B’erba’ assists fl-aħħar sitt logħbiet, Icardi jirbaħ dan il-konfront nettament. Higuaín sab it-tieni assist kontra Sassuolo nhar il-Ħadd li għadda.

3. Medja ta’ gowls f’dan l-istaġun – Higuaín gowl kull 100 minuta, Icardi gowl kull 132 minuta
Minkejja li l-attakkant Juventin għad jonqsu biex jilħaq ir-ritmu ta’ gowls li laħaq matul l-istaġun li għadda, f’dawn l-aħħar gimgħat qed jersaq eqreb lejn dak ir-rendiment.

4. Gowls fis-Serie A – Higuaín 86, Icardi 72
It-tnejn li huma ġabru dan l-ammont ta’ gowls f’erba’ staġuni, iżda Higuaín laħaq dan in-numru f’125 partita, mentri Icardi kellu bżonn ta’ 144 partita.

5. Gowls kontra l-avversarju tal-Ħadd li ġej – Higuaín 5, Icardi 7
Kontra Inter il-gowls ta’ Higuaín kienu deċiżivi fir-rebħiet ta’ Napoli bl-iskor ta’ 1-0 u 2-1 fi Frar u Novembru tal-2015 rispettivament. Fl-istess waqt il-vittma preferuta ta’ Icardi hija Juventus, bi tnejn mill-gowls tiegħu jiskurjahom bil-flokk ta’ Sampdoria.

BONUS: Awtobijografiji – Higuaín 0, Icardi 1
Minkejja li għad għandu biss 23 sena, u għadu ma għolla l-ebda trofew, Mauro Icardi diġà ppubblika bijografija tiegħu nnifsu, għall-kuntrarju ta’ Gonzalo Higuaín. Madankollu, nafu li hawn min l-istorja kostrett jiktibha fi ktieb, mentri hawn min jippreferi jiktibha fil-grawnd.

dical-banner-1200×280