L-attakkant Arġentin, li hu mfittex minn Barcelona u Real Madrid fost l-oħrajn, ħalla ‘like’ fuq ritratt ta’ Cristiano Ronaldo wara r-rebħa fuq Napoli fil-Bernabeu. U l-media Spanjola kienet pronta biex toħloq l-ispekulazzjonijiet.

Fil-fatt, il-ġurnalisti ta’ As interpretaw il-ġest ta’ Dybala bħala interess tal-plejer fil-‘Blancos’. Qalu wkoll li se jqajjem kontroversja fil-jiem li ġejjin, filwaqt li fakkru li s-sanzjoni imposta mill-FIFA fuq Real Madrid mhix se tgħodd għas-sajf li ġej, u se jkunu jistgħu jixtru lil Dybala.

Sadanittant, Dybala stqarr li t-tiġdid tal-kuntratt tiegħu ma’ Juventus huwa imminenti. Qal li huwa lest li jkompli bl-avventura ma’ Juventus, u jonqos biss l-aħħar dettalji biex ikun jista’ jiffirma dan il-kutratt tant mistenni.

Sors: AS/Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280