L-eks plejer u assistant coach ta’ Juventus mill-2012-2014, Massimo Carrera, famuż ukoll għar-rebħ tas-Super Cup fiċ-Ċina kontra Napoli, meta l-kowċ Antonio Conte kien sospiż fuq illeċiti sportivi, bħalissa qed jesperjenza t-tmexxija tat-tim Russu ta’ Spartak Moscow.

Wara li Conte u l-viċi tiegħu Alessio li wkoll kien assistent flimkien ma’ Carrera fl-2012-2014, jidher li għandhom id waħda fuq il-kampjonat Ingliż, huwa xi ħaġa komuni, li kull kowċ b’mentalità Juventina jkollu mentalità rebbieħa. Dan jidher li hekk kif għadda l-ewwel nofs tal-kampjonat Russu, Carrera u t-tim tiegħu jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika b’40 punt, 5 punti fuq Zenit.

Spartak Moscow ilhom ma jirbħu l-kampjonat mill-2001 u l-aħħar tazza li rebħu kienet dik tal-2003 meta rebħu l-Coppa tar-Russja. L-iktar li ġew viċin għar-rebħ tal-kampjonat kien fl-2012, fejn dakinhar spiċċaw rebbieħa l-istess Zenit.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280