Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri għad fadallu biss żewġ plejers nieqsa hekk kif Federico Bernardeschi ħa sehem fis-sessjoni ta’ taħriġ kollha li saret dalgħodu.
Qed jirkupra b’ritmu tajjeb anke Emre Can, li kien operat xi jiem ilu. Minkejja li għadu mhux lest għal-logħob, Emre Can ingħaqad parzjalment mal-grupp u ħa sehem f’parti mit-taħriġ.
Sadattant għad trid tiġi analizzata s-sitwazzjoni ta’ Alex Sandro, li nbidel wara l-ewwel taqsima tal-logħba kontra Valencia minħabba problema muskolari.
Sors: Juventus
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com