Alex Sandro, li weġġa’ fil-logħba kontra Valencia, mistenni jitlef il-logħba tal-Ġimgħa kontra Inter. Dan hekk kif il-plejer qed jitħarreġ b’mod individwali, l-istess bħal Sami Khedira u Emre Can.
Fil-każ ta’ dawn tal-aħħar, huma mistennija jiġu analizzati ġurnata b’ġurnata, bl-għajdut hu li Can se jissejjaħ imqar fuq il-bank tas-sostituti u Allegri se jipprova jdaħħlu mqar għal ftit minuti.
Għall-kuntrarju jidher aktar probabbli li Sami Khedira ma jirnexxilux jirkupra fil-ħin u jkun disponibbli biss f’nofs dan ix-xahar, fil-ħin għad-derby kontra Torino.
Dan ifisser li għalissa, fil-midfield, Massimiliano Allegri se jkompli jiddependi minn Rodrigo Bentancur, Blaise Matuidi u Miralem Pjanić li ngħata rawnd ta’ mistrieħ kontra Fiorentina.
Sors: Il Corriere dello Sport
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com