Il-gowl ta’ Paulo Dybala kontra Lazio kien il-konferma li Massimiliano Allegri rkupra lill-attakkant Arġentin, iżda għad hemm dubji dwar żewġ attakkanti oħra.

L-Arġentin l-ieħor Gonzalo Higuaín hu parti mill-grupp li se jmur l-Ingilterra għar-ritorn kontra Tottenham għalkemm Allegri mistenni jiddeċiedi fl-aħħar ħin jekk jibdiex il-logħba.

Għadu qed jitħarreġ waħdu l-Kroat Mario Mandžukić, li ma kienx mija fil-mija f’sikktu fil-logħba kontra Lazio. Madankollu mistenni jibda flimkien ma’ Paulo Dybala u Douglas Costa.

Indisponibbli, minħabba injuries, hemm Juan Cuadrado, Federico Bernardeschi kif ukoll Mattia De Sciglio.

Sors: Sportmediaset

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280