Massimiliano Allegri għad fadallu xi plejers nieqsa, għalkemm fl-aħħar jiem kien hemm numru ta’ aħbarijiet pożittivi.

Irritorna għat-taħriġ il-midfielder Blaise Matuidi, li diffiċilment se jiġi rriskjat kontra Atalanta. Irkupraw għalkollox Paulo Dybala u Mario Mandžukić.

Matul il-ġurnata qed tkun analizzata l-kundizzjoni ta’ Federico Bernardeschi u Gonzalo Higuaín li mistennija jkunu rkuprati għalkollox għal kontra Tottenham.

Fl-aħħar sigħat ħarġet l-aħbar tal-injury ta’ Mattia De Sciglio, li madankollu mhux mistenni jdum nieqes fit-tul. Fadallu ftit iktar jiem Juan Cuadrado biex jirritorna għat-taħriġ b’mod normali.

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280