Hekk kif Juventus illum għamlu sessjoni ta’ taħriġ qabel il-logħba kontra Ajax, nistgħu nieħdu stampa iktar ċara tal-plejers disponibbli.
Id-difensur Giorgio Chiellini kif ukoll Mario Mandžukić kienu nieqsa minn din is-sessjoni u saħansitra ma ġewx imsejħa minħabba li għadhom muġugħa.
Nieqsa Martin Caceres u Mattia Perin, li lkoll sofrew xi injuries fl-aħħar jiem, waqt li Juan Cuadrado mhux fil-lista.
Rapporti li Emre Can reġa’ weġġa’ mhux veritiera, hekk kif dan ma kienx mal-iskwadra sempliċiment għax qed isegwi programm ta’ preparazzjoni speċjalizzata. Tant hu hekk li mistenni jibda l-logħba.
Dan waqt li l-kumplament huma kollha f’sikkithom u tħarrġu regolarment, li jfisser li Sami Khedira, Douglas Costa u Daniele Rugani rkupraw mill-injuries rispettivi tagħhom.
Sors: Tuttosport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com