Juventus għad fadlilhom tliet plejers imweġġgħa, wara li rkupraw Benedikt Höwedes, Mattia De Sciglio u Gonzalo Higuaín fl-aħħar sigħat.

Fil-każ ta’ Mario Mandžukić, aktarx li se jkun disponibbli għal-logħba kontra Udinese, wara li tħalla barra mil-lista ta’ Juventus għal kontra Tottenham.

Qed joqrob iktar ir-ritorn ta’ Juan Cuadrado li kellu jiġi operat minħabba ftuq fl-aħħar ta’ Jannar. Matul din il-ġimgħa hu misteni jirritorna għat-taħriġ, għallinqas b’mod personalizzat. Ir-ritorn tiegħu hu maħsub għal nofs Marzu jew il-bidu t’April.

Dan filwaqt li Federico Bernardeschi, li weġġa’ fid-derby kontra Torino, għaddej b’terapija konservattiva bil-kundizzjoni tiegħu tiġi analizzata matul il-ġimgħa d-dieħla. Jekk il-problema ma tiġix riżolta, ikun hemm bżonn li jiġi operat.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280